Bdoti fil-Maltemp

Print Friendly, PDF & Email

Il-bdoti jafu jidderieġu. Fil-maltemp, għandhom ħafna mezzi ta’ kif jiksbu għajnuna ħalli jsalpaw b’mod li jaslu qawwijin u sħaħ.  Il-qraba li jieħdu ħsieb membru għażiż ta’ familthom b’mard mentali wkoll għandhom bżonn jilqgħu ruħhom għall-maltemp. B’din l-għodda, jeħfief it-toqol għax tgħinhom jagħmlu dak li qed jagħmlu b’imħabba u fejda waqt li jibqgħu b’saħħithom.

BDOTI FIL-MALTEMP – KIF TIEĦU ĦSIEB QARIB B’MARD MENTALI

Jinkiseb permezz ta’ dan il-link fis-sit tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide

https://www.antidemalta.org/books.html – Fis-sit issibu riċensjoni wkoll.

Għan tal-ktieb:

Il-bdoti jafu jidderieġu. Fil-maltemp, għandhom ħafna mezzi ta’ kif jiksbu għajnuna ħalli jsalpaw b’mod li jaslu qawwijin u sħaħ.  Il-qraba li jieħdu ħsieb membru għażiż ta’ familthom b’mard mentali wkoll għandhom bżonn jilqgħu ruħhom għall-maltemp. B’din l-għodda, jeħfief it-toqol għax tgħinhom jagħmlu dak li qed jagħmlu b’imħabba u fejda waqt li jibqgħu b’saħħithom.

Il-Bdoti fil-Maltemp fih 18-il taqsima mqassmin kif ġej:

  • 12-il marda mentali spjegata, b’tips għall-qraba fi tmiem kull taqsima.
  • Taqsima fuq il-mediċini preskritti mill-Psikjatri llum.
  • Taqsima fuq ir-Relapse.
  • Taqsima fuq minn xiex jgħaddu l-aħwa ta’ persuni b’mard mentali.
  • 3 taqsimiet fuq kif aħna nistgħu ninħelsu mill-istigma, fuq is-sehem importanti tal-familja fil-kura, u fuq l-effetti tal-kura kostanti li joffru l-qraba u kif jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom biex ma jikkrollawx huma wkoll u biex ma tikkrollax il-familja.

KUMMENTI MILL-QARREJJA

        “I really appreciate this book. For our family it is like a manual that gives us a good overview of common  mental illnesses. I read it and know that I will consult it many more times. Every Maltese family should have a copy for general knowledge and to understand others who may be suffering from a mental illness. Thank you for this book.  We need such information in Maltese.” (Andrew)

        “Dan il-ktieb mhawnx ieħor bħalu bil-Malti. Għalina li ma naqrawx bl-Ingliż u għandna bżonn naqraw fuq il-mard mentali li laqat lill-familja tagħna, almenu għandna dan il-ktieb u l-ieħor li ħriġtu wkoll intom stess Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu. Grazzi talli taħsbu tant fina l-qraba ta’ min isofri minn mard mentali. Li ma kienx għas-servizz Lwien tagħkom il-Fondazzjoni, m’għandniex fejn immorru għall-għajnuna daqshekk intensa u apprezzata minna.” (Paul)

        “Qrajtu kollu f’darba. Ma stajtx nieqaf naqrah għax sibt tagħrif li veru kelli bżonn. Weġibli l-ħafna mistoqsijiet li kelli li jinqalgħuli ta’ sikwit. Grazzi ħafna u proset. J’Alla jaqrah kulħadd għax kull familja xi darba jew oħra tintlaqat minn mard mentali jew oħra.” (Rita)

        “Intom veru tifhmu minn xiex ngħaddu aħna li nieħdu ħsieb qarib b’mard mentali. Ħafna drabi, lanqas qrabatna stess ma jifhmuna. Għalhekk nispiċċaw ma nitkellmu ma ħadd għax aħjar hekk milli naffaċċjaw nies li jħarsu lejna b’ġudizzju.  Il-partijiet tal-ktieb li jitrattaw minn xiex ngħaddu aħna l-qraba nista’ ngħid li qishom inkitbu minna stess. Proset ħafna tal-ktieb mitqlu deheb.” (Johnny)

        “Grazzi tas-servizzi li toffrulna lilna l-familjari ta’ min isofri minn mard mentali. Veru nħossuna nħlissna minn mażżra għax it-toqol tagħna hu kbir. Imnella hawn intom fuq min induru regolarment. Grazzi ta’ dan il-ktieb li jkompli jgħinna ngħixu ħajjitna b’aktar għerf u tama.” (Anna)

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: