Messaġġ mill-Kardinal Mario Grech lill-Isqfijiet tal-Istati Uniti

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħamis, 18 ta’ Novembru 2021: ll-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, ikellem f’messaġġ b’vidjo lill-Isqfijiet tal-Istati Uniti miġbura fl-Assemblea Plenarja tagħhom. Jistidinhom biex ikunu parti integrali mis-Sinodu, li jiddefinixxi bħala “vjaġġ spiritwali, ġrajja ispirata u mmexxija mill-Ispirtu”. Jitkellem ukoll dwar feedback li diġà wasal mill-knejjes lokali li “jikkonfermaw li l-Ispirtu qiegħed jaħdem”.

Il-Kardinal Mario Grech jitlob lill-Isqfijiet Amerikani biex ma jibżgħux jisimgħu lill-poplu t’Alla.

Is-Segretarju Ġenerali għas-Sinodu tal-Isqfijiet, il-Kardinal Mario Grech, bagħat messaġġ lill-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti li organizzat l-Assemblea Ġenerali, li saret f’Baltimore Maryland, bejn il-15 u 18 ta’ Novembru.

F’messaġġ awdjo-viżiv, il-Kardinal Mario Grech fakkar lill-Isqfijiet Amerikani lis-Sinodu huwa “vjaġġ spiritwali, avveniment ispirat u mmexxi mill-Ispirtu” u b’hekk, id-diversi testimonjanzi li rċivew, kif ukoll il-kreattività li biha l-konferenzi episkopali, id-djoċesijiet, il-parroċċi jew għaqdiet li qed jorganizzaw il-konsultazzjoni mal-Poplu ta’ Alla, huma “sinjal li tikkonferma li l-Ispirtu qiegħed jaħdem”.

Il-Kardinal Malti jqis l-opportunità li jindirizza lill-Isqfijiet bħala “rigal” għax jaqsam magħhom, “impenn komuni u tħassib għall-Knisja”. Ifakkarhom li l-Papa qed isejħilna biex niskopru mill-ġdid li l-mixja flimkien hija “l-aktar mod effettiv ta’ kif tintwera u titpoġġa fil-prattika n-natura tal-Knisja bħala l-poplu pellegrin u missjunarju ta’ Alla”. Il-Kardinal imbagħad enfasizza seba’ aspetti tas-sinodalità.

Is-Segretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet kompla jenfasizza li l-laqgħa tal-Isqfijiet tal-Istati Uniti hija mument pertikolari ta’ grazzja u opportunità għal “pass żgħir ieħor fid-direzzjoni tar-reċiproċità tar-relazzjonijiet lis-Segretarjat għas-Sinodu beħsiebu jrawwem”. Huwa jispjega lin-natura deċiżiva ta’ din ir-reċiproċità tar-relazzjonijiet tista’ tinftiehem jekk wieħed iqis l-importanza teoloġoka tal-poplu ta’ Alla.

Il-Kardinal Mario Grech qal li l-kontribuzzjonijiet tal-Knejjes u l-ħidma ta’ sinteżi tal-Konferenzi tal-Isqfijiet huma “rigali li kull Knisja toffri lill-Knejjes l-oħra u lill-Knisja Universali, fil-loġika tal-prinċipju tal-kattoliċità fformulat mill-Konċilji Vatikan II” li ssostni li “l-fidili kollha, għalkemm imxerdin mad-dinja kollha, huma f’komunjoni ma’ xulxin fl-Ispirtu s-Santu” irrispettivament mill-post ġeografiku tagħhom. Il-Kardinal Grech jisħaq li hija r-rieda tas-Segretarjat li “jħeġġeġ is-smigħ fil-livelli kollha tal-ħajja tal-Knisja u li timpenja ruħha f’dan il-proċess ta’ smigħ sabiex tiskopri l-vuċi ta’ Alla ħaj”.

“Ħalli r-ragħajja ma jibżgħux jisimgħu l-merħla fdata lilhom,” ħeġġeġ il-Kardinal Grech lill-Isqfijiet Amerikani, filwaqt li tenna l-istedina tad-Dokument Preparatorju. “Tibżgħux tgħidulna b’mod sinċier dak li ġbartu, billi tisimgħu lill-poplu tagħkom dwar dak li qed jgħid l-Ispirtu lill-Knisja tagħkom u lill-Knisja Kollha”.

Il-Karidnal Mario Grech temm il-messaġġ tiegħu billi assigura lill-Isqfijiet Amerikani bl-appoġġ tas-Segretarjat tas-Sinodu fil-fażijiet differenti tal-proċess sinodali.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-11/cardinal-grech-synodality-us-bishops-synod-video-message.html

Leave a Reply