Jien, Int, Aħna. Flimkien …
Dan il-Milied, int mistieden biex taqsam il-messaġġ ta’ fidi, tama u mħabba billi tagħti rigal tassew importanti lill-maħbubin tiegħek – rigal li jippermettilek ukoll li tilħaq u tgħin komunitajiet fil-bżonn madwar id-dinja. Agħtina l-appoġġ tiegħek billi tixtri ‘Life Giving Gift’ illum.
Għandna għażla meraviljuża ta’ rigali u ma’ kull rigal tirċievi kartolina li turi ritratt tar-rigal li għażilt sabiex tikteb messaġġ personali qabel tintbagħat lil min tkun xtrajt ir-rigal.

Meta tixtri rigali bħal dawn isserraħ moħħok li jintgħoġbu żgur!
Sabiex tagħmel donazzjoni onlajn jew għal aktar tagħrif dwar Missio żur is-sit www.missio.org.mt jew ikkuntatjana fuq info@missio.org.t jew 2123 6962. Grazzi mill-qalb.