Ġabra ta’ rakkonti, ritratti u kitbiet fl-10 sena mill-mewt tiegħu
Il‑ktieb Annetto Depasquale – Wirt Għażiż tal‑Knisja f’Malta tnieda fl‑10 anniversarju mir‑ritorn tal‑Isqof Annetto Depasquale fid‑Dar tal‑Missier. It‑tnedija saret waqt serata kommemorattiva fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fil‑preżenza tal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi, u għadd ta’ qraba, saċerdoti u eks kollegi tal‑Isqof Depasquale. Qabel it-tnedija tal-ktieb, l‑Arċisqof Scicluna ċċelebra quddiesa fil‑Kurja stess, b’suffraġju għal ruħ l‑Isqof Depasquale li miet fid-29 ta’ Novembru 2011.
aktar