Il-ħidma ta’ Patri Ġwann Xerri rikonoxxuta f’Jum ir-Repubblika

Print Friendly, PDF & Email

Patri Ġwann Xerri kien inħatar fl-Ordni Nazzjonali tal-Merti talli dejjem kien sod, konsistenti u b’vuċi voċifera favur dawk li tilfu d-dar tagħhom, favur in-nisa u l-omosesswali fost oħrajn.

Patri Ġwann Xerri jibqa’ magħruf bħala persuna li dejjem iddefenda d-drittijiet tal-foqra u dawk emarġinati mis-soċjetà anke f’postijiet meqjusa perikolużi u fejn hu kien f’periklu. Hu miet f’Mejju ta’ din i-sena kawża tal-Covid-19.

L-eks Membru Parlamentari Laburista, Reno Calleja ukoll ingħata Ġieħ ir-Repubblika “talli ppromwova lil Malta fuq livell interazzjonali b’mod partikolari fiċ-Ċina.” Bħalissa hu qed iservi ta’ konsulent għar-relazzjonijiet maċ-Ċina, lir-Rettur tal-Università f’Malta u rappreżentant tal-Gvern fi ħdan il-Kunsill tal-Università ta’ Malta.

Sir Alfred Cuschieri wkoll inħatar fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu. Hu jibqa’ magħruf tal-kontribuzzjoni fil-qasam tal-kirurġiija u biex ġiet żviluppata dik li hi magħrufa bħala key-hole surgery.

Fil-lista jingħaqad magħhom ukoll Ludvic Zrinzo, wieħed mill-aqwa neurosurgeons fir-Renju Unit, inħatar fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.

Darrin Quiroz Camilleri, l-ewwel Malti Amerikan li serva f’Michigan ingħata t-titlu ta’ membru onorarju.

Fost dawk li rċivew unur kien hemm anke l-perit u l-kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew, Lino Bianco, l-eks Kummissarju Għoli ta’ Malta fir-Rnju Unit, Norman Hamilton u missier id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, Frederick Fearne li kien l-ewwel Direttur tal-Edukazzjoni fis-snin temin.

Id-direttur ta’ produzzjonijiet teatrali Lino Farrugia, l-kittieb Anton Grasso, l-attriċi Jane Marshall u x-xandara Lilian Maistre wkoll ingħataw unur.

Sors: Newsbook.com.mt

Leave a Reply

%d bloggers like this: