Malta Missjunarja ta’ Jannar 2022

Print Friendly, PDF & Email

“Dak li tixtieq u dak li trid tagħmel b’ħajtek m’għandux aktar jimpurtak. L-unika ħaġa li għandu jimpurtak mil-lum ’il quddiem hija x’jeħtieġ li tagħmel!” Min jaf kemm fil-bidu tas-sena nagħmlu listi ta’ riżoluzzjonijiet, li ħafna minnhom u ma nżommuhomx! Xi wħud minnha jirnexxilhom iżommu xi riżoluzzjoni waħda jew forsi anke tnejn!

Matul ix-xahar ta’ Jannsr tista’ taqra storja u tirrifletti fuq x’verament għandu jimpurtana f’ħajjitna fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli naqraw diversi esperjenzi reali ta’ nies differenti li lkoll kienu kapaċic jinsew u jaħfru. Artiklu ieħor ilaqqana mar-razzett fil-Belt tas-Subien (City of Boys) fil-Peru li jeżisti biex jipprovdi ikel kemm għas-subien li jgħixu fih kif ukoll għall-patrijiet missjunarji li jmexxuh.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

%d bloggers like this: