Il-Papa: anke llum tant ħaddiema huma sfruttati u bla dinjità

Print Friendly, PDF & Email

Fl-Udjenza Ġenerali ta’ dalgħodu, il-Papa tkellem fuq San Ġużepp Ħaddiem, imma mhux biss. Forsi aktar milli tkellem fuq San Ġużepp huwa tkellem fuq dawk il-ħaddiema li fi żmienna huma misruqa mid-dinjità.

“Naħseb fil-ħaddiema kollha tad-dinja, b’mod partikulari f’dawk li jagħmlu xogħlijiet ibsin fil-minjieri u f’ċerti fabbriki; f’dawk li huma sfruttati b’xogħol mhux iddikjarat; fil-vittmi tax-xogħol – rajna kif fl-Italja dan l-aħħar kellna ħafna –; fit-tfal li jiġu mġiegħla jaħdmu u f’dawk li jqallbu fiż-żibel ifittxu xi ħaġa tajba biex ipartuha… Ippermettuli nirrepeti dak li diġà għidt: il-ħaddiema moħbija, il-ħaddiema li jagħmlu xogħol iebes fil-minjieri u f’ċerti fabbriki …”

Ara l-katekeżi kollha tal-Papa Franġisku fil-Laikos …

“Dawn kollha huma ħutna, li ħajjithom hekk jgħixuha, b’xogħlijiet li ma jagħrfux id-dinjità tagħhom! …”

“Dak li jagħtik dinjità mhux li ġġib il-ħobż id-dar. Int tista’ tiġbru mill-Caritas: le, dan mhux sa jagħtik id-dinjità. Dak li jagħtik dinjità hu li l-ħobż taqilgħu b’għaraq ġbinek …”

Ara l-katekeżi kollha tal-Papa Franġisku fil-Laikos …

%d bloggers like this: