Martin Avdeich kien skarpan f’raħal żgħir tar-Russja. Kien jgħix f’kantina li kellha tieqa in-naħa ta’ fuq tal-ħajt li kien jagħti għal barra. Minnha kien jista’ jara biss is-saqajn ta’ dawk li jkunu għaddejjin minn fuq il-bankina. Ta’ spiss kien jagħraf xi żarbun li kien ikun għadda minn taħt idejh. Dan kien ifakkru f’sidu. Kien bieżel ħafna għax kien jaħdem tajjeb u ma tantx kien jitlob ħlas. Martu u wliedu kienu mietu, u Martin kien iddispra u waħħal f’Alla.
aktar