Qed naħseb f’tant persuni li jħossuhom mgħaffġa

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku waqt l-Udjenza Ġenerali li fiha tkellem fuq San Ġużepp, bniedem li joħlom. Dik kienet it-tema tal-katekeżi tiegħu. Imma kif jista’ qatt il-Papa Franġisku ma jsemmix it-tbatija ta’ tant persuni li huwa stess mess magħhom, speċjalment fuq tal-linja …

“Iġibuli qalbi tikka lili – dan kont narah fi Buenos Aires – meta kont inkun fuq tal-linja u ngħaddi minn quddiem il-ħabs …”

Qed naħseb f’tant persuni li jħossuhom mgħaffġa taħt it-toqol tal-ħajja u la qed jirnexxilhom jittamaw u lanqas jitolbu.

Qed naħseb ukoll fil-ġenituri quddiem il-problemi tal-ulied. Ulied b’tant mard, l-ulied morda, anki b’mard permanenti: kemm tbatija hemmhekk!

Ġenituri li jaraw orjentamenti sesswali differenti f’uliedhom; kif ħa jagħmlu u jsieħbu lil uliedhom u ma jinħbewx wara atteġġjament ta’ kundanna.

Ġenituri li jaraw lil uliedhom jitilqu, imutu, b’marda u anki – din iżjed kerha, u naqrawha ta’ kuljum fil-ġurnali – tfal li jagħmlu xi ħmerija u jispiċċaw f’xi inċident bil-karozza.

Il-ġenituri li jaraw lil uliedhom jibqgħu lura fl-iskola u ma jafux x’jaqbdu jagħmlu…

Tant problemi tal-ġenituri. Irridu naraw kif sa ngħinuhom.

U lil dawn il-ġenituri ngħidulhom: la tibżgħux. Iva, hemm it-tbatija. Imma li tikkundanna li ibnek.

Iġibuli qalbi tikka lili – dan kont narah fi Buenos Aires – meta kont inkun fuq tal-linja u ngħaddi minn quddiem il-ħabs: u nara r-ringiela ta’ nies biex jidħlu jżuru l-ħabsin. U kien ikun hemm l-ommijiet, hemmhekk, qalbi kienu jġibuhieli tikka: quddiem il-problema ta’ iben li żbalja, spiċċa l-ħabs, ma kinux jitilquh waħdu, imma kienu jagħmlu wiċċhom u jmorru ħdejh. Dak kuraġġ; kuraġġ ta’ missier u ta’ omm li jakkumpanjaw dejjem lil uliedhom, dejjem.

Ara l-filmat u test bil-Malti tal-katekeżi kollha tal-Papa Franġisku fil-Laikos …

%d bloggers like this: