22 entità jitolbu azzjoni immedjata b’rabta maż-żieda fil-prezz ta’ prodotti bażiċi tal-ikel

22 entità tal‑Knisja, li jaħdmu mill‑qrib mal‑persuni l‑aktar fil‑bżonn u vulnerabbli fis‑soċjetà, huma mħassba biż‑żieda fil‑prezzijiet ta’ bżonnijiet bażiċi speċjalment dawk tal‑ikel. Huma qed jappellaw lill‑mexxejja u l-istituzzjonijiet tal‑pajjiż sabiex ikomplu jagħtu prijorità lil dawn il‑persuni fil‑bżonn u jieħdu azzjoni biex iż‑żieda fil‑prezzijiet ma tagħmilx is‑sitwazzjoni tal‑faqar tagħhom f’Malta agħar milli hi. Dan hekk kif jirriżulta li ħafna mill‑prodotti bażiċi bħalma huma l‑għaġin, iz‑zalza u ż‑żejt għolew b’minn talanqas 20%.

Continue reading “22 entità jitolbu azzjoni immedjata b’rabta maż-żieda fil-prezz ta’ prodotti bażiċi tal-ikel”