L‑Arċidjoċesi ta’ Malta se twaqqaf kor sabiex janima quddies waqt diversi attivitajiet djoċesani. Il‑kor se jkun iffurmat minn tfal u adulti. Dawk kollha minn 9 snin ’il fuq jistgħu japplikaw. Għalkemm mhuwiex neċessarju, tagħrif bażiku fil‑qari tal‑mużika jitqies ta’ vantaġġ.
Il‑kor se jkun taħt it‑tmexxija tal‑Mro Christopher Muscat, maestro di cappella tal‑Katidral Metropolitan u direttur mużikali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
Dawk interessati għandhom japplikaw fuq choir@maltadiocese.org sa nhar il‑Ġimgħa, 11 ta’ Frar 2022.
Sors: www.knisja.mt
Ritratti: www.knisja.mt/ritratti