Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

Print Friendly, PDF & Email

Ilkoll Aħwa hija t-tema ta’ riflessjoni magħżula mill-Knisja f’Malta bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Franġisku fostna bejn it-2 u 3 April li ġej. Matul dawn il-ġimgħat, it-tema taż-Żjara Appostolika, “Urewna ħlewwa liema bħala” (Atti 28:2), se tkun ippreżentata taħt diversi aspetti li jħeġġu lis-soċjetà Maltija tirrifletti dwar kif il-ħajja fost il-komunitajiet kollha li jgħixu flimkien fuq dawn il-gżejjer, għandha tkun ta’ solidarjetà u ħbiberija bħal dik tal-aħwa.

It-tfal kollha fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti wkoll huma mistiedna jirriflettu kif inkunu lkoll aħwa billi, bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom, se jkunu mħeġġa jirriflettu fuq ħames temi: il-ferħ, il-ħniena, il-fraternità, il-parteċipazzjoni u l-ospitalità.

Minn għada l-Ġimgħa, 4 ta’ Marzu 2022 fis-7:00 p.m., f’diversi parroċċi f’Malta se jibdew isiru laqgħat ta’ djalogu ispirati mit-tagħlim tal-Papa Franġisku li jħeġġuna nirriflettu dwar kif nistgħu ngħixu lkoll bħall-aħwa:

• “Inħarsu l-ambjent”, il-Ġimgħa, 4 ta’ Marzu, minn Patri Mark Ciantar OFM, fis-sala parrokkjali tal-Parroċċa ta’ Santa Elena, Birkirkara
• “Iż-żgħażagħ: tama għall-futur”, il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu, minn Anthony Mifsud, fil-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema
• “Il-familja f’soċjetà tinbidel”, il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu, minn Jesmond Schembri fil-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn
• “Ġustizzja, ħniena u rikonċiljazzjoni”, il-Ġimgħa, 25 ta’ Marzu, minn Dr Nadia Delicata, fil-Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħ’Attard
• “Ilkoll aħwa f’Malta: il-ħlewwa fl-ospitalità”, il-Ġimgħa, 1 ta’ April, minn Mark Cachia, fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp, il-Kalkara

Dawn il-laqgħat se jsiru bil-Malti u jixxandru fuq Knisja.mt u l-paġna fuq Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Iktar informazzjoni tinkiseb minn evangelizzazzjoni@maltadiocese.org.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: