Stedina għall-Kattoliċi kollha f’Malta

Print Friendly, PDF & Email

Bi preparazzjoni għaż‑żjara tal‑Papa Franġisku f’Malta fit-2 u t-3 ta’ April li ġej, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna qed jistieden lill‑Kattoliċi minn pajjiżi differenti li bħalissa qed jgħixu Malta biex nhar is-Sibt li ġej, 19 ta’ Marzu, jingħaqdu miegħu għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa bl‑Ingliż fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina. Il-quddiesa tibda fis-6pm u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Nhar il‑festa ta’ San Ġużepp, patrun tal‑Knisja Universali, niftakru fi kliem il‑Papa Frangisku li dan il‑qaddis hu “l‑patrun speċjali ta’ dawk kollha mġiegħla biex iħallu art twelidhom minħabba gwerer, mibegħda, persekuzzjoni u faqar” (Patris Corde, 5).

Għal aktar tagħrif ibgħat email fuq evangelizzazzjoni@maltadiocese.org.

Agħfas il-link ta’ taħt biex issegwi l-quddiesa online.

Sors: www.knisja.mt

Leave a Reply

%d bloggers like this: