Att ta’ Konsagrazzjoni tar-Russja u l-Ukrajna lill-Madonna

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu, fl-okkażjoni tas-solennità tat-Tħabbira tal-Mulej, festa Marjana, l-Papa Franġisku, magħqud mal-Isqfijiet u l-fidili Kattoliċi kollha madwar id-dinja, se jikkonsagraw lir-Russja u lill-Ukrajna lill-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija. L-Att tal-Konsagrazzjoni se ssir waqt is-servizz penitenzjali tar-Randan “24 Siegħa għall-Mulej”, u li ser issir fil-Bażilika ta’ San Pietru, u li tibda fil-5pm.

Il-Papa se jitlob l-Att tal-Konsagrazzjoni għall-ħabta tas-6.30pm, u talab lill-Isqfijiet u lis-saċerdoti kollha, biex jingħaqdu miegħu spiritwalment f’din it-talba, li se tixxandar fuq il-kanali tal-Vatikan News – radju, websajt, YouTube, u Facebook, fejn ikun hemm kummentarju bil-lingwa Ingliża, kif ukoll ukoll fuq TV2000

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/pope-francis-prayer-act-consecration-russia-ukaine-mary.html

%d bloggers like this: