Ukrajna: L-Papa jingħaqad mal-appell tan-Nazzjonijiet Uniti għal tregwa tal-Għid

“Xejn mhu impossibbli għal Alla,” huma l-kliem li jinsab f’komunikat tal-Vatikan, li jgħid lis-Santa Sede u l-Papa jingħaqdu mal-appell tan-Nazzjonijiet Uniti għal tregwa fid-dawl tal-Għid, li, skont il-kalendarju Ġiljan, jiġi ċċelebrat fl-24 ta’ April li ġej. It-talba ġiet promossa mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, bi qbil mal-Qdusija Tiegħu Sviatoslav Shevchuk, kap tal-Knisja Kattolika Griega tal-Ukrajna, u li tnediet fid-19 ta’ April.

aktar