Malta Missjunarja ta’ Mejju 2022

Print Friendly, PDF & Email

Matul ix-xahar ta’ Mejju tista’ taqra aktar stejjer dwar persuni li ser ikunu megħjuna, fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta.

F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. Fl-editorjal inkomplu naqraw dwar il-beatifikazzjoni ta’ Pauline Jaricot, il-fundatriċi ta’ Missio. Artiklu ieħor ilaqqana mas-Sorijiet tar-Ragħaj it-Tajjeb li ilhom għall-aktar minn 55 sena jappoġjaw komunitajiet fil-bżonn fit-Tajlandja.

Maratona ..

Missio ser jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-missjoni nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju bejn il-11:00am u l-11:00pm. Din hija l-unika maratona li Missio jorganizza matul is-sena. Għalhekk nappellaw lil kulħadd sabiex jagħti ftit milli  jista’ ħalli nkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li jgħixu fl-artijiet tal-missjoni u nfasslu proġetti għalihom, bħal skejjel, djar, bjar, knejjes, eċċ…, li żgur huma ta’ fejda għal dawn ħutna.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: