Il-Papa ħeġġeġ lill-pellegrini Pollakki biex jikkultivaw l-ekumeniżmu u l-ħniena

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku faħħar lill-Arċidjoċesi ta’ Łódź, tal-Polonja għall-mitt sena impenn lejn l-ekumeniżmu u l-ħidma tal-karità. L-arċidjoċesi twaqqfet bħala djoċesi fl-1920 mill-Papa Benedittu XV u għadha kif temmet iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew mit-twaqqif.

Il-Ħamis, il-Qdusija Tiegħu, ltaqa’ ma’ madwar 2,000 ruħ li qed jagħmlu pellegrinaġġ ekumeniku mill-arċidjoċesi Pollakka. Din il-laqgħa saret fis-Sala tal-Udjenzi Pawlu VI. Il-Papa fakkar fis-“sensittività ekumenika” kbira li wriet mill-ewwel isqof tagħha, l-Wisq Reverendu Wincenty Tymieniecki, u ħeġġeġ lill-pellegrini jkomplu “jissalvagwardjaw d-determinazzjoni ekumenika tiegħu”.

Huwa sellem lir-rappreżentanza kbira ta’ mexxejja reliġjużi lokali li jappartjenu għal Knejjes Insara oħra li ssieħbu fil-pellegrinaġġ, filwaqt li rrimarka li “l-għaqda tagħhom fid-diversità hija sinjal ta’ sinodalità, hija sinodalità fl-għemil” u ħeġġiġhom ikomplu fit-triq tal-għaqda.

Il-Papa Franġisku nnota wkoll li l-pellegrinaġġ huwa wkoll “xbieha sabiħa tal-Knisja sinodali”, li, qal, “fil-fatt timxi l-mogħdijiet tal-Appostli flimkien, bħala familja ta’ aħwa, li ġejjin minn parroċċi differenti u minn komunitajiet differenti u gruppi ekkleżjali: saċerdoti u lajċi fidili, miżżewġin u kkonsagrati”.

“Nittama li intom mhux biss ikkommettejtu ruħkom mas-Sinodu, imma li diġà addatajtu l-esperjenza tiegħu, li tiskopri mill-ġdid is-sbuħija tal-komunjoni ekkleżjali, li ngħixu l-fidi flimkien, li tassumu r-responsabbiltà reċiproka għal xulxin, u li taqsmu mal-oħrajn, anke ma’ dawk li jidhru li huma distanti jew jaħsbu b’mod differenti”.

Il-Papa Franġisku ġibed l-attenzjoni wkoll għal wirt importanti ieħor tal-ministeru episkopali tal-Isqof Tymieniecki: dak tal-ħniena, li qal, jinsab ukoll fid-“DNA” tal-Knisja ta’ Łódź.

Filwaqt li nnota li, llum, il-ħniena teħtieġ “immaġinazzjoni” u “kreattività” kbira, faħħar l-opri ta’ karità mwettqa fl-arċidjoċesi, anke fuq livell personali, għall-morda, għall-anzjani, għall-persuni bla xogħol, dawk li m’għandhomx dar, mal-immigranti u mal-foqra kollha, dawk li qed ibatu u emarġinati, u għat-tfal li għandhom bżonn dar u familja. “Hekk il-Knisja tieħu l-wiċċ l-aktar evanġeliku, dak tas-Samaritan it-Tajjeb, li ma jridux u li ma jafux ikunu ndifferenti”, qal il-Papa.

Il-Papa Franġisku temm, billi awguralhom li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew iġedded i jsaħħaħ l-missjoni ta’ evanġelizzazzjoni tal-Knisja f’ Łódź. “Nixtieqilkom il-kredibbiltà, l-koerenza u l-qawwa attraenti tax-xhieda; t’esperjenza u tikkultiva relazzjonijiet dejjem aktar fraterna fil-Knejjes tagħkom; li tkun Knisja ‘outgoing’ hi sabiħa, li tkun bħall-ħmira li tagħmel l-għaġna kollha, u li jkollha s-saħħa taż-żerriegħa tal-mustarda”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-encourages-polish-pilgrims-to-cultivate-ecumenism-and-mercy.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: