Il-Papa hu mnikket għan-nies li qed ibatu fl-Ukrajna, jappella għat-talb

Wara li l-Ħadd mexxa r-reċita tat-talba ta’ Regina Coeli, l-Papa Franġisku fakkar fil-poplu li qed ibati fl-Ukrajna, u stieden lill-fidili kollha, f’dan ix-xahar iddedikat lill Omm Alla, biex kuljum jitolbu Rużarju għall-paċi. Huwa qal li l-ħsibijiet tiegħu “mmorru immedjatament lejn il-belt ta’ Mariupol, ‘Belt ta’ Marija’”, li sfat “ibbumbardjata u meqruda b’mod barbaru”. Huwa ġedded l-appell tiegħu biex jiġu stabbiliti “kurituri umanitarji sikuri” għan-nies maqbuda fil-fabrika tal-ħadid f’din il-belt.

aktar