Programm t’attivitajiet għall-festa ta’ San Ġorġ Preca 2022

Print Friendly, PDF & Email

Mil-lum jingħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet għall-festa ta’ San Ġorġ Preca mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Il-programm se jittella’ fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża, fejn jinsabu l-fdalijiet ta’ dan il-qaddis Malti, li hu l-fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Mill-Ħamis 5 sas-Sibt 7 ta’ Mejju 2022
Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5pm fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża. Wara quddiesa fis-6pm. Matul il-quddiesa jsir ħsieb dwar San Ġorġ Preca.

Il-Ħadd 8 ta’ Mejju 2022
Quddiesa fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fit-8am. Wara tibqa’ miftuħa sa 12:00pm. Filgħaxija l-kappella tkun miftuħa mill-4pm sat-8pm.

It-Tnejn 9 ta’ Mejju 2022
Quddiesa fil-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża fis-7:30amu fid-9:30am. Il-quddiesa tad-9:30am tixxandar fuq TVM. Fis-6pm tibda quddiesa solenni tal-festa ppreseduta mill-Arċisqof Charles Scicluna fl-Awditorjum tad-Dar Ġenerali, fil-Blata l-Bajda.Il-kappella tkun miftuħa mis-7am sa 12:00pm u mill-4pm sal-10pm. Kulħadd mistieden isib ħin jitlob quddiem il-fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply

%d bloggers like this: