€358,366 miġbura mill-Maltin u l-Għawdxin għall-poplu Ukren

F’perjodu ta’ disa’ ġimgħat il-poplu Malti u Għawdxi ġabar is-somma ta’ €358,366 b’risq il-persuni fl-Ukrajna li bħalissa għaddejjin minn tbatija kbira minħabba l-gwerra u l-invażjoni Russa. Din hi waħda mill-inizjattivi li l-Knisja f’Malta ħadet biex tgħin lill-poplu Ukren. Din il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi kienet qed titmexxa minn Caritas Malta fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex.

aktar