Tirritorna f’Għawdex il-Konferenza Djoċesana dwar il-Familja

Print Friendly, PDF & Email

Fi żmien fejn iż-żwieġ hu fraġli, x’jista’ jsaħħaħ lill-familja? F’dinja fejn kollox jgħidlek: “Aħseb għal rasek!”, kif nistgħu ningħaqdu aktar flimkien? F’dar fejn kulħadd għandu mobile tiegħu, television tiegħu, karozza tiegħu… x’jista’ jibqa’ ‘tagħna’?

Dawn il-mistoqsijiet, u oħrajn simili, ser jiġu mistħarrġa fil-Konferenza li d-Djoċesi ta’ Għawdex ser toffri fil-jiem li ġejjin. Il-Konferenza ser issir f’Villa Fiorita nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Ġunju fis-6.30pm.

Il-kelliem ewlieni ser ikun Dun Luca Balugani, psikologu b’esperjenza kbira ta’ counselling ma’ koppji u familji. Hu wkoll awtur ta’ diversi kotba u artikli f’rivisti magħrufa.

Kulħadd huwa mistieden! Għal min ikollu bżonn, waqt il-Konferenza ser ikun hemm traduzzjoni mit-Taljan għall-Malti.

Leave a Reply

%d bloggers like this: