Jitnieda l-ktieb ‘Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja’

Il-ktieb Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja tnieda minn Drachma Parents, li hi għaqda ta’ sapport għal ġenituri b’ulied LGBTI+, nhar it-Tlieta, 17 ta’ Mejju 2022, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, Bifobija u Transfobija. Isem il-ktieb hu meħud mill-ktieb tal-Profeta Iżaija (Iż. 49:16) għax il-membri ta’ Drachma Parents jemmnu li dan hu l-kliem li Alla jgħid lil kull wieħed u waħda minna b’mod intimu u personali, għax Alla ma jagħmilx distinzjoni bejn razez jew orjentazzjonijiet sesswali differenti.

aktar