Christians Together in Malta

Print Friendly, PDF & Email

Huwa żmien biex l-iSpirtu is-Santu …

X’ifissru dawn it-tlett tikek?

X’qed tistenna li jagħmel l-iSpirtu is-Santu f’dan iż-żmien? L-iSpirtu li jagħti il-ħajja qiegħed b’mod dinamiku, iġedded il-knisja f’kull epoka, f’kull ġenerazzjoni. X’sa jagħmel din is-sena?

Dawk li jemmnu f’Ġesu Kristu, fid-denominazzjonijiet kollha sa jiltaqgħu fil-knisja ta’ l-iSkoċċizi. Fl-ewwel Ħamis ta’ Ġunju flimkien sa jagħmlu l-esperjenza ħajja tal-Pentekoste kontinwa, li bdiet f’Ġerusalem ftit wara li Kristu qam mill-imwiet u tela fis- smewwiet.

Din il-laqgħa ekumenika ta’ talb hija imħejjija minn “Christians Together in Malta” . Hija laqgħa informali spontanja, fejn ħafna li jemmnu fi Kristu sa jkanntaw, jitlobu, u jaqsmu l-esperjenzi ta’ l-iSpirtu  is-Santu f’ħajjithom. Jekk inti komdu kif inti tifhem lil Alla, allura din il-laqgħa forsi m’hiex qeda għalik. Iżda, jekk inti għatxan għall- ilmijiet ħajja tal-iSpirtu u tixtieq tagħmel esperjenza iktar profonda u personali tal-Pentekoste, allura inti mistieden bil-qalb kollha.

Dettalji:

Meta? Il-Ħamis, 2 ta’ Ġunju, fis-6.30pm

Fejn? Il-Knisja ta’ l-iSkoċċiżi, Triq Nofs Inhar, Valletta

 Wara il-laqgħa, nieħdu xi ħaġa ħafifa flimkien.

Din hija opportunita’ biex nitolbu flimkien ma Insara oħrajn biex Ġesù ikun iktar parti mill-ħajja tagħna.

%d bloggers like this: