Addotta Nannu jew Nanna

Print Friendly, PDF & Email

Missio Malta u Missio Għawdex għandhom żewġ stediniet għalikom il-qarrejja:

  1. Jekk intom familja u issa li tinsab u għandkom ftit tal-ħin x’toffru, addottaw anzjan jew anzjana li jinsabu waħedhom u permezz tat-telefown jew xi mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, tagħmlu kuntatt magħhom sabiex iżommuhom kumpanija u tigwidawhom fejn ikun meħtieġ skont il-bżonn.
  2. Jekk inti anzjan jew anzjana li tinsab fid-dar tiegħek jew f’xi dar tal-anzjani u qed tħossok waħdek, infurmana biex insibulek familja li tkun tista’ żżommlok kumpanija f’dawn iż-żminijiet diffiċli.

Ċemplilna issa fuq 2122 2001 biex tinkiteb jew jekk trid aktar informazzjoni. Aħna qegħdin hawn għalikom. Sabiex tagħmel donazzjoni onlajn jew għal aktar tagħrif dwar Missio żur is-sit www.missio.org.mt jew ikkuntatjana fuq info@missio.org.t jew 2123 6962. Grazzi mill-qalb.

%d bloggers like this: