Papa: Ftakru f’dawk li jbatu fl-Ukrajna u itolbu għalihom.

Il-Papa Franġisku jgħid li rridu ngħinu lil dawk li qed ibatu fl-Ukrajna mifnija mill-gwerra. Waqt il-kummenti tiegħu lill-fidili Taljani u lill-pellegrini miġbura fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa 15 ta’ Ġunju, li saret fi Pjazza San Pietru, l-Qdusija Tiegħu għamel is-56 appell tiegħu għall-paċi fin-nazzjoni milqut mill-gwerra. “Jekk jogħġobkom”, appella l-Papa, “ma ninsewx il-poplu Ukren mifni bil-gwerra” u lanqas “nidraw ngħixu bħallikieku l-gwerra hija xi ħaġa l-bogħod”.

aktar