“Il-Knisja hi aħna, lkoll kemm aħna! L-persuni mgħammdin kollha huma l-Knisja, l-Knisja ta’ Ġesù. Magħmula minn dawk kollha li jimxu wara l-Mulej Ġesù, u li f’ismu, jersqu qrib l-iżgħar u dawk li qed ibatu, ifittzu li joffru ftit serħan, faraġ u paċi”. Dan il-kliem tal-Papa Franġisku fl-Udjenza Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2014 issiġilla l-ħames paġni li juru l-baġit tal-2021 tal-Ġabra ta’ San Pietru. Fl-2021, id-dħul tal-offerti kien jammonta għal €46.9 miljun, filwaqt li l-ispejjeż sostnuti ammontaw għal €65.3 miljun.
Il-Ġabra ta’ San Pietru huwa l-isem li jingħata lill-appoġġ finanzjarju offrut mill-fidili lill-Papa bħala sinjal tas-sehem tagħhom fit-tħassib tas-Suċċessur ta’ Pietru għall-ħafna bżonnijiet differenti tal-Knisja universali u għall-għajnuna ta’ dawk l-aktar fil-bżonn.
Il-kontribuzzjonijiet lill-Offerta ta’ San Pietru għall-eżerċizzju tal-missjoni universali tal-Papa, huma diretti b’żewġ mod: fil-finanzjament tal-ħafna attivitajiet ta’ servizz imwettqa mill-Kurja (eż. Formazzjoni tal-kleru, komunikazzjoni, promozzjoni tal-iżvilupp uman, edukazzjoni, ġustizzja, eċċ.) u fil-kontribut għal bosta xogħlijiet ta’ għajnuna materjali għal dawk l-aktar fil-bżonn. L-akbar porzjon tad-donazzjonijiet (65%) ġew minn djoċesijiet u 10% oħra minn fondazzjonijiet, kif ukoll donazzjonijiet żgħar li ngħataw minn donaturi privati u istituti reliġjużi.
It-tqassim tal-fondi mill-Ġabra tal-Papa jikkonċernaw is-servizz li jsir mill-Kurja Rumana, kif ukoll ix-xogħlijiet numerużi ta’ karità li jassistu direttament lil dawk l-aktar fil-bżonn. Mill-65.3 miljun Ewro minfuqa fl-2021, €46.9 miljun ġew iffinanzjati preċiżament mill-offerti li waslu matul is-sena, filwaqt li l-bqija 18.4 miljun kienu ffinanzjati mill-istess patrimonju tal-Fond. B’mod partikolari, €55.5 miljun ġew ikkontribwiti għall-attivitajiet promossi mis-Santa Sede fit-twettiq tal-Missjoni Appostolika tal-Papa. Madwar €10 miljun (9.8 miljun bie inkun eżatti) kienu jikkonċernaw proġetti ta’ assistenza.
L-offerti tal-poplu ta’ Alla huma maħsuba biexx jappoġġjaw l-attivitajiet tal-Qdusija Tiegħu għall-Knisja Universali kollha. Dawn l-attivitajiet isiru mis-Santa Sede. Il-Papa, bħala Ragħaj tal-Knisja universali, jaħseb kemm mill-bżonnijiet tal-evanġelizzazzjoni (spiritwali, edukattivi, tal-ġustizzja, tal-komunikazzjoni, tal-karità politika, tal-attività diplomatika, eċċ) kif ukoll tal-bżonnijiet materjali tad-djoċesijiet foqra, istituti reliġjużi u lajċi fid-diffikultajiet serji (foqra, tfal, anzjani, emarġinati, vittmi ta’ gwerer u diżastri naturali; għajnuna speċjali lill-Isqfijiet jew Djoċesijiet fil-bżonn, edukazzjoni Kattolika, għajnuna lir-refuġjati u l-migranti, eċċ.).
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-06/peters-pence-financed-10-million-euro-worth-of-projects-in-2021.html