Laqgħa Dinjija tal-Familji: L-importanza tal-ħidma pastorali vokazzjonali.

Hemm stennija kbira għall-ftuħ tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji, li tibda l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju bil-Festival tal-Familji u tintemm l-Ħadd 26 ta’ Ġunju. ‘Imħabba għall-familja: vokazzjoni u triq għall-qdusija’ hija t-tema ta’ din l-edizzjoni. Għal din il-laqgħa ġew mistiedna madwar elfejn delegat minn 120 pajjiż, magħżula mill-Konferenzi Episkopali, s-Sinodi tal-Knejjes Orjentali, u realtajiet ekkleżjali internazzjonali.

aktar