Stqarrija mill-Fondazzjoni Life Network u l-Malta Unborn Child Platform

Protest Ġudizzjarju ta’ attivisti favur l-Abort

Il-gruppi li qed jiffirmaw din l-isqarrija jisimgħu b’rispett u mħabba l-vuċijiet imħassba dwar it-tbatija u perikli li tista’ ġġib tqala meta tkun ta’ periklu għall- ħajja tal-mara, imma wkoll il-vuċijiet siekta tat-trabi li għad mhux imwielda li jistgħu jitilfu ħajjithom bl-abort. Ninnutaw li għall-15 ta’ Ġunju 2022, grupp ta’ attivisti favur l-abort ippreżentaw protest ġudizzjarju fejn sostnew li il-fatt li Malta ma tippermettix l-abort jikser id-drittijiet fondamentali tagħhom.

aktar