Isma’ l-għanja taż-żerniq!
Ħares sew għall-ġurnata tal-lum
Għax hi l-ħajja, il-vera ħajja tal-ħajja!
Matul dan il-jum qasir issib il-veritajiet u r-rejaltajiet tal-eżistenza:
Il-ferħ li qed tikber,
Il-glorja ta’ kull azzjoni,
Id-dija tal-ġmiel.
Għax il-bieraħ mhu xejn ħlief ħolma,
U għada hu biss viżjoni:
Imma llum, jekk tgħixu tajjeb,
Jagħmel il-bieraħ kollha ta’ ħajtek ħolma ta’ ferħ,
U kull għada viżjoni ta’ tama.
Mela, ħares sew għall-ġurnata tal-lum.
Din hi t-tislima ta’ sbieħ il-jum.
Meħuda minn “The Salutation of the dawn” (Sanskrit).