Il-Papa ‘mnikket ħafna’ bil-qtil ‘bla sens’ ta’ Shinzo Abe

Print Friendly, PDF & Email

Wara l-qtil li seħħ nhar il-Ġimgħa, tal-eks Prim Ministru tal-Ġappun, il-Papa Franġisku ta l-“kondoljanzi mill-qalb” tiegħu lill-maħbubin ta’ Shinzo Abe u lill-poplu tal-Ġappun. S-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, bagħat telegramma lin-Nunzju Appostoliku tal-pajjiż Asjatiku, Leo Boccardi, fejn esprima l-kondoljanzi tal-Papa.

Il-Qdusija Tiegħu stqarr, li “filwaqt dan huwa att bla sens”, il-Papa talab “biex is-soċjetà Ġappuniża tissaħħaħ fl-impenn storiku tagħha għall-paċi u kontra l-vjolenza.”

Il-Ġimgħa, f’intervista fuq stazzjon televiżiv Taljan, l-Arċisqof Paul Richard Gallagher, is-Segretarju tal-Vatikan għar-Relazzjonijiet mal-Istati u l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali, ftakar fil-Prim Ministru, u qal li kien imnikket ħafna bil-mewt tiegħu. L-Arċisqof Gallagher qal “l-attakk u l-mewt tiegħu mlewni b’diqa kbira”. “Kelli l-unur li niltaqa’ mal-Prim Ministru meta żort il-Ġappun. Kien raġel li kellu nfluwenza kbira lil hinn mill-fruntieri tal-Ġappun. Kien persuna kontroversjali ħafna, però, kien bniedem ta’ prinċipji, bniedem b’sens kbir tal-ġid komuni tal-poplu tiegħu”.

Il-Papa Franġisku, fl-2019, kien għamel Vjaġġ Appostoliku lejn il-Ġappun, meta dak iż-żmien Shinzo Abe, kien għadu Prim Ministru tal-pajjiż.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-07/pope-francis-mourns-abe-shinzo-japan-telegram-condolences.html

%d bloggers like this: