Tfal Missjunarji

Print Friendly, PDF & Email

Tfal Missjunarji: Programm ta’ tagħrif u informazzjoni mmirat għat-tfal ta’ kull età, iżda li żgur jogħġob lill-kbar, miġjub lilkom minn MissioTfal. Tul l-iskeda ser nisimgħu stejjer b’tagħlima u esperjenzi ta’ tfal li jgħixu f’artijiet tal-missjoni. Insiru nafu dwar it-tradizzjonijiet u l-kulturi f’pajjiżi tat-Tielet Dinja. U jkollna intervista ma’ annimali li nsibu madwarna. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, bi preżentazzjoni ta’ Claudia Cini flimkien ma’ Nancy Camilleri, Martina u Katrina. Nistednukom tisimgħuna u nħeġġukom tieħdu sehem fil-kompetizzjoni bi premju li ser ikollna għalikom!

Tfal Missjunarji Niltaqgħu Ma’: Programm miġjub lilkom minn MissioTfal, li matulu ser inkunu qed niltaqgħu ma’ diversi personalitajiet Maltin li jaħdmu direttamet mat-tfal. Permezz ta’ intervista ser insiru nafu aħjar lill-personalità u nifhmu aktar dwar x’jirrikjedi dan ix-xogħol volontarju. It-tfal ser insemmgħu wkoll leħinhom matul dan il-programm biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. Preżentazzjoni ta’ Claudia Cini flimkien ma’ Nancy Camilleri.

%d bloggers like this: