Il-Papa Franġisku liż-żgħażagħ f’Medjugorje: “Afdaw f’Ġesù u ssibu l-paċi”

Eluf ta’ żgħażagħ huma miġburi f’Medjugorje, l-Bosnja-Herzegovina, għall-Festival Internazzjonali taż-Żgħażagħ li jsir kull sena; u li din is-sena qed isir mill-1 sas-6 ta’ Awwissu. Il-Programm jinkludi liturġija, vġili ta’ talb, purċissjonijiet, adorazzjoni, testimonjanzi, kif ukoll kunċert u żfin, bħala żmien biex tiġġedded u tiġi animata l-ħajja spiritwali taż-żgħażagħ.

aktar