Il-Papa Franġisku reġa’ beda l-Udjenzi Ġenerali ta’ nhar ta’ Erbgħa, wara l-waqfa annwali tas-sajf tiegħu, u ddedika l-katekeżi ta’ din il-ġimgħa għall-Vjaġġ Appostoliku tiegħu lejn il-Kanada li ntemm dan l-aħħar.
Waqt il-katekeżi tiegħu, l-Papa fakkar fil-‘pellegrinaġġ penitenzjali’ tiegħu fil-pajjiż tal-Amerika ta’ Fuq, iffukat fuq il-fejqan u r-rikonċiljazzjoni mal-popli indiġeni tan-nazzjoni, li soffrew attentati biex iħassru l-kultura u l-identità tagħhom. Dawn l-inġustizzji twettqu fis-sistema storika infami ta’ skejjel residenzjali ffinanzjati mill-gvern, bil-kooperazzjoni ta’ ħafna membri tal-knejjes lokali.
Fir-rimarki tiegħu, l-Papa Franġisku fakkar iż-żmien li għamel f’Edmonton, Quebec, u l-waqfa tiegħu fil-belt Artika ta’ Iqaluit. Il-Qdusija Tiegħu qal li din kienet “żjara mhux bħal oħrajn”.
“Fil-fatt, il-motivazzjoni ewlenija kienet li niltaqa’ mal-popli indiġeni biex nwasslilhom il-qrubija, u s-sogħba tiegħi, u nitlob maħfra għall-ħsara li għamlu l-Insara, nklużi ħafna Kattoliċi, li fil-passat ikkollaboraw fil-politika ta’ assimilazzjoni sfurzata u l-kanċellazzjoni tal-identità tal-poplu Indiġeni, tal-gvernijiet ta’ dak iż-żmien”.
F’dan is-sens, il-Papa spjega, li l-vjaġġ tiegħu “li sar fil-Kanada, kien biex tinkiteb paġna ġdida”, u jkomplu jimxu flimkien, dejjem eqreb mal-popli indiġeni. L-Papa rrimarka kemm kien xieraq il-motto tal-vjaġġ: “Nimxu flimkien”.
Il-Papa qal, li ħafna analiżi “turi li, minn naħa xi rġiel u nista tal-Knisja kienu fost l-aktar sostenituri deċiżivi u kuraġġużi tad-dinjità tal-popli indiġeni, li waslu għad-difiża tagħhom u kkontribwew biex iqajmu kuxjenza dwar il-lingwi u l-kulturi tagħhom”. “Imma, min-naħa l-oħra”, żied jgħid, “sfortunatament ma jonqsux dawk li pparteċipaw fi programmi li llum nifhmu li huma inaċettabbli u kuntrarji għall-Evanġelju”. F’dan is-sena, tenna, din iż-żjara kienet waħda penitenzjali, u anke jekk kien hamm ħafna mumenti ta’ ferħ, “it-tifsira u t-ton ta’ kollox kien wieħed ta’ riflessjoni, ndiema u rikonċiljazzjoni”.
F’Edmonton, qal, kien hemm tifkira onesta u ta’ niket ta’ dak li ġara fil-passat, li kompliet fi Quebec b’talba għar-rikonċiljazzjoni mwielda mit-tama permezz ta’ Kristu, u kkonkludiet, f’Iqaluit, b’fiduċja kunfidenti fil-“fejqan” li sar possibbli bil-qawwa tal-Mulej Irxoxt, biex jagħmel kollox ġdid. Il-Qdusija Tiegħu qal, lix-xewqa tal-Knisja, peress li rrikonoxxiet b’mod espliċitu l-ħażin tal-passat, tiċħad il-mentalità tal-kolonizzazzjoni, u li tistima u tippromwovi l-kulturi indiġeni.
Il-Papa Franġisku temm billi talab, “jalla s-saħħa u l-azzjoni paċifika tal-popli indiġeni tal-Kanada jkunu ta’ eżempju għall-popli oriġinarji kollha biex ma jagħlqux lilhom infushom, imma biex joffru l-kontribut indispensabbli tagħhom għal umanità aktar fraterna, li tkun taf tħobb il-ħolqien u l-Ħallieq, f’armonija mal-ħolqien, f’armonija bejntiekom lkoll”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-08/pope-at-audience-gratitude-for-visit-to-canada.html