Wara kważi għaxar xhur ta’ staġnar wara l-elezzjoni, t-tensjonijiet qed ikomplu jiżdiedu fl-Iraq minħabba n-nuqqas li jiġi ffurmat gvern, il-Kardinal Louis Raphael Sako ta’ Bagdad ingħaqad mal-Prim Ministru Mustafa al-Kadhimi, li għadu kif spiċċa, u ma’ mexxejja Iraqini oħra fl-appell għal djalogu nazzjonali. L-Kap tal-Knisja Kaldej wissa li l-pajjiż jinsab f’xifer ta’ dak li sejjaħlu: “tsunami”.
L-Iraq ilu mingħajr gvern elett ġdid mill-elezzjoni tal-10 ta’ Ottubru 2021, li ntrebaħ mill-Moviment Sadrist, immexxi mill-kleru Shiite qawwi Muqtada al-Sadr. L-inkwiet ilu għaddej minn meta l-mexxej populista rtira lill-leġiżlaturi kollha tiegħu mill-parlament wara t-tentattiv fallut biex jifforma gvern, li eskluda r-rivali tiegħu l-Qafas ta’ Koordinazzjoni Shiita, li jiġbor partiti u milizzji l-aktar allinjati mal-Iran.
Minn dak iż-żmien ‘l hawn al-Sadr eżerċita pressjoni politika permezz tal-partitarji tiegħu biex jipprevjenu lir-rivali tiegħu, inkluż l-eks Prim Ministru Nouri al-Maliki, milli jiffurma gvern alternattiv.
It-tensjoni żdiedet il-ġimgħa li għaddiet, meta eluf ta’ segwaċi ta’ al-Sadr daħlu fiż-Żona l-Ħadra fortifikata ta’ Bagdad, li fiha hemm il-bini tal-gvern u l-ministeru tal-affarijiet barranin, u ħadu f’idejhom il-bini tal-parlament, b’reazzjoni għat-tentattivi tar-rival Shiiti tiegħu li jiffurmaw gvern b’kandidati għall-Prim Ministru li hu oppona. Gruppi Shiiti vavur l-Iranjani organizzaw kontro-dimostrazzjonijiet fil-qrib.
Nhar l-Erbgħa, f’indirizz televiżiv minn Najaf, al-Sadr appella lill-partitarji tiegħu biex ikomplu s-sit-in tagħhom ġewwa l-parlament sakemm jintlaqgħu t-talbiet tiegħu, li jinkludi x-xoljiment tal-parlament u ssir elezzjoni bikrija.
Hekk kif il-konfront qed ikompli, l-Patrijarka Sako ħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha biex jistabbilixxu “mejda ta’ konsultazzjoni nazzjonali”, u wissa li l-imblokk politiku li għaddej se jkollu konsegwenzi koroh għal kulħadd. F’appell maħruġ mir-residenza tas-sajf, f’Ankawa, subborg ta’ Erbil, il-Patrijarka rrimarka li s-sitwazzjoni hija “taħraq ħafna”, u “tal-biża”, u li “ma jistax jiġi tollerat aktar dewmien”. “Il-mexxejja politiċi, u wkoll l-awtoritajiet reliġjużi għandhom jirrimedjaw is-sitwazzjoni, qabel ma Tsunami jiknisna lkoll”, qal.
Il-Kardinal Sako kompla jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jitneħħew il-kawżi strutturali fundamentali tal-kaos kontinwu fil-pajjiż, u fuq kollox, li jiġi rikonoxxut il-falliment tas-sistema politika stabbilita fl-2003, wara l-invażjoni mmexxija mill-Istati Uniti li waqqgħet lil Saddam Hussein, li biha jitqassam il-poter fuq bażi etnika-settarja.
Is-sistema tal-kwoti titlob li l-Kap tal-Istat jintgħażel minn fost ir-rappreżentanti politiċi Kurdi, filwaqt li l-President tal-Parlament irid ikun Sunni u l-Prim Ministru irid ikun Shiita. Huwa akkużat minn ħafna Iraqini għall-korruzzjoni u d-disfunzjoni endemiċi li żammew kwalunkwe progress sinifikanti għal snin sħaħ, minkejja l-ġid taż-żejt fl-Iraq u l-paċi relattiva wara t-telfa tal-grupp terroristiku ISIL fl-2017.
L-approwċ settarju u s-sistema tal-kwoti – qal il-Patrijarka tal-Kaldej – ipproduċa “korruzzjoni u inġustizzja”. Skont il-Kardinal Sako, għalhekk jeħtieġ li jinstabu “sistemi ġodda u modi ġodda” biex titfassal sistema politika effiċjenti, li fiha l-istituzzjonijiet jitqiegħdu għas-servizz tan-nies, u mhux għall-interessi partiġġjani.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2022-08/patriarch-sako-warns-on-risks-of-political-tsunami-in-iraq.html