Il-Ġimgħa, 26 ta’ Awwissu 2022: Fl-okkażjoni tal-Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija. Zuntier tal-Bażilika ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra, fit-8.00pm.
Wara t-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf, issa li twieldet jew dalwaqt titwieled it-tarbija, qed nistiednu lill-ġenituri kollha li kellhom tarbija biex tattendu għall-Velja ta’ Talb li sa ssir fuq iz-Zuntier tal-Bażilika tax-Xagħra.
Waqt din il-Velja l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma sa jkellimna fuq it-‘tieni twelid’, dak tal-magħmudija meta t-tarbija tibda l-mixja sagramentali.
Inħeġġukom tattendu.
Ibagħtu sms jew ċemplu fuq 79386233 biex inkunu nistgħu nirriservawklom post.
Tistgħu ssegwu fuq Radju Bambina 98.3 FM jew livestreaming fuq http://www.xaghraparish.org.