Il-Kardinal Pietro Parolin, Segretarju tal-Istat, wassal l-awguri kordjali tal-Papa Franġisku lill-president taċ-Ċentru ta’ Azzjoni Liturġika tal-Italja, l-Arċisqof Claudio Maniago ta’ Catanzaro-Squillace, u lill-parteċipanti kollha nvoluti. Qal lit-tema li qed jiddiskutu – ‘Ministeri għas-Servizz ta’ Knisja Sinodali’ – “għandha sinifikat partikolari għall-Knisja fil-mument storiku preżenti”. Il-Kardinal Parolin fakkar fi kliem il-Papa dwar it-triq sinodali li għamlet il-Knisja u l-ħtieġa li nsiru “esperti fl-art tal-akkoljenza”, u li nkunu disponibbli biex ngħinu lil xulxin “biex id-diversità ta’ kariżmi, vokazzjonijiet u ministeri tarrikkixxina”.
aktar