Artisti ta’ fama dinjija se jipparteċipaw fl-ewwel ‘Vitæ Summit’ tal-Vatikan

Print Friendly, PDF & Email

Il-31 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Settembru, fil-Casina Pio IV, ġewwa l-ħitan tal-Belt tal-Vatikan, qed isir summit ta’ jumejn, mill-Vitæ Global Foundation. Il-parteċipanti jinkludu personalitajiet tal-arti, tal-midja, u tad-divertiment li se jingħaqdu mal-Papa Franġisku biex jiddiskutu kif “jisfruttaw l-arti, l-midja u d-divertiment biex tiskatta trasformazzjoni kulturali li tippromwovi l-ġid komuni, valuri universali, u l-akkoljenza bejn il-bnedmin”.

Nhar it-Tlieta, l-organizzazzjoni VITAE Global ħabbret il-lista tal-mistednin tal-parteċipanti tas-summit, fosthom l-attur imwieled l-Amerika Denzel Washington, u l-kantant Taljan Andrea Boccelli.

Artisti, atturi, attriċi u mużiċisti famużi fid-dinja qed jorganizzaw laqgħat biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar strateġiji u proposti kreattivi u jibdew konverżazzjoni dwar kif iduru n-nies lejn kontenut aktar sinifikanti u ta’ ispirazzjoni. T-tama, l-għaqda, u l-ġid komuni huma t-temi ewlenin tas-summit inkwadrati fost l-għan ġenerali li tispira bidla fid-dinja permezz tal-arti.

Il-Papa spiss jitkellem dwar ir-rwol tal-artisti fit-titjib tas-soċjetà, u kien qal li dawn jaġixxu bħala “gwardjani tas-sbuħija, ambaxxaturi ta’ kultura li tilqa’, u xhieda ta’ tama għall-umanità kollha”. Wara l-laqgħa, l-organizzaturi tas-summit se jospitaw diversi avvenimenti u inizjattivi internazzjonali fi bliet madwar id-dinja biex ikomplu l-ħidma mibdija fil-laqgħa fil-Vatikan.

Is-summit huwa l-qofol ta’ diversi snin ta’ laqgħat mal-Papa Franġisku fir-residenza tiegħu tal-Vatikan, Casa Santa Marta, mal-fundatur u l-president tal-VITAE Global Luis Quinelli u t-time eżekuttiv tiegħu. S-Sur Quinelli jgħdi li jittama li s-summit jiġġieled il-messaġġi ta’ negattività u mibgħeda mifruxa mill-midja soċjali, u stqarr li l-artisti għandhom responsabbiltà kbira li jaqsmu s-sbuħija u l-pożittività fix-xogħol tagħhom.

Luis Quinelli qal: li “L-intenzjoni tagħna hija li noħolqu opportunità fejn il-parteċipanti, bil-preżenza u l-ispirazzjoni tal-Qdusija Tiegħu, jkunu jistgħu jaqsmu esperjenzi, opinjonijiet u jsibu b’mod kollaborattiv messaġġi li jqanqlu l-ispirazzjoni, jitqanqlu l-ħsieb u jdawru lin-nies lejn kontenut li huwa profondament sinifikanti”. Is-sbuħija, ikomplu s-Sur Quinelli, hija forza nkredibbli qawwija li tista’ tgħin biex tgħolli l-ispirtu tan-nies, “ġġib fejqan lir-ruħ, rikonċiljazzjoni għar-relazzjonijiet u tama mġedda quddiem l-isfidi”.       

Biex tara l-lista tal-parteċipanti f’dan is-summit u għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-08/vitae-summit-art-hope-unity-pope-francis.html

%d bloggers like this: