Komunikat mill-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, żvela li l-aħħar sessjoni tal-laqgħa msejħa mill-Papa Franġisku kienet iddedikata biex jiġu diskussi diversi aspetti tal-Ġublew tat-Tama tal-2025. L-assemblea intemmet it-Tlieta filgħaxija, meta l-Kardinali ħadu seħem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru, li kienet ppreseduta mill-Papa Franġisku.
L-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede qal ukoll, li “l-ħidma fi ġruppi skont il-lingwa li jitkellmu, u d-diskussjonijiet fis-Sala tas-Sinodu pprovdew l-opportunità lill-parteċipanti biex jiddiskutu b’mod liberu ħafna fuq l-aspetti tad-Dokument u tal-ħajja tal-Knisja”.
Għall-ewwel darba mill-bidu tal-pontifikat tal-Papa Franġisku, issa kważi 10 snin, il-Laqgħa rat kważi l-Kulleġġ tal-Kardinali kollu miġbur fil-Vatikan mal-Papa. L-Prelati iddiskutew l-isfidi l-ġodda li jiffaċċjaw il-Kurja u l-Knisja Universali, b’enfasi fuq temi important bħall-irwol tal-lajċi, t-trasparenza finanzjarja, s-sinodalità, organizzazzjoni amministrattiva ġdida, u s-sejħa għall-missjoni u t-tħabbita tal-Evanġelju, fid-dinja tal-lum.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-08/curia-reform-meeting-cardinals-vatican-pope-praedicate-evangeliu.html