Alla jkellimna kuljum.
Qatt ħassejt f’daqqa waħda titwieled fik ix-xewqa li tagħmel xi ħaġa ta’ ġid? Huwa Alla li jkellmek permezz tal-Ispirtu Qaddis tiegħu.
Qatt xi darba kellek l-impressjoni li xi ħadd kien ħdejk u xtaq ikellmek? Huwa Alla li jixtieq jikkomunika miegħek.
Irċevejt xi ħaġa mhux tas-soltu li inti anqas biss qatt tlabt? Huwa Alla li jagħraf is-sigrieti li hemm moħbija f’qalbek.
Qatt sibt ma’ wiċċek sitwazzjonijiet diffiċli li ma kontx taf x’ser tagħmel biex toħroġ minnhom u mbagħad, f’daqqa waħda, it-tempesta ta’ ħajtek saret bnazzi bla ma int intbaħt? Xejn ma jiġri addoċċ – huwa Alla li jieħu f’idejh is-sitwazzjoni tal-problemi kollha tiegħek u jtik risposta.
Qatt ħassejt dieqa kbira f’qalbek u, ftit wara, qalbek imtliet bil-hena qisu qatt ma kien xejn? Huwa Alla li ħaddnek miegħu u kellmek bi kliemu kollu ħlewwa.
Ħassejt xi drabi t-toqol tas-salib tant li xtaqt il-mewt imma li, f’daqqa waħda, sibt il-forza biex tkompli? Huwa Alla li qabdek minn dirgħajk biex jagħtik ħajja ġdida.
Sibt ruħek quddiem problemi li ma kontx taf kif tħollhom u f’daqqa waħda qisu b’seħer sibt is-soluzzjoni ta’ kollox? Huwa Alla li jpoġġi kollox f’postu.
Kollox hu sempliċi u ħafif jekk inqiegħdu kollox f’idejn Alla u nafdaw fih.
Taħseb li kienet b’kumbinazzjoni li qrajt dan il-messaġġ? Le…… huwa Alla li mexxa l-passi tiegħek. Għalhekk, kull meta tista’ xerrdu ma’ min tixtieq taqsam il-preżenza omnipotenti t’Alla.
Minn Edward Tagliaferro