Papa Franġisku għoġbu jagħżel it-tema: “Meta jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu, intom tirċievu l‑qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil‑Lhudija kollha u s‑Samarija u sa truf l‑art” (1:8).

U dan huwa wkoll is‑suġġett tal‑Ġurnata Missjunarja 2022, li bħal dejjem jgħinna ngħixu l‑fatt li l‑Knisja, min‑natura tagħha, hija waħda missjunarja. Dan huwa l-appell annwali tal-Knisja Kattolika madwar id-dinja kollha, li fil-gżejjer Maltin hija rrappreżentata minn Missio Malta, għall-Ġurnata Missjunarja 2022, li din is-sena ser taħbat nhar il-Ħadd 23 t’Ottubru.
Għal aktar informazzjoni dwar Missio Malta jew biex tagħti donazzjoni kkuntatjana fuq 21236962, info@missio.org.mt, żur il-websajt www.missio.org.mt jew sibna fuq ‘Facebook’. Grazzi mill-qalb.