Malta Missjunarja ta’ Settembru 2022

Print Friendly, PDF & Email

“Meta jiġi fuqkom l‑Ispirtu s‑Santu, intom tirċievu l‑qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil‑Lhudija kollha u s‑Samarija u sa truf l‑art” (1:8). Dan huwa s‑suġġett tal‑Ġurnata Missjunarja (23 t’Ottubru, 2022), li bħal dejjem jgħinna ngħixu l‑fatt li l‑Knisja, min‑natura tagħha, hija waħda missjunarja. Din is‑sena, din il‑ġurnata qed tagħtina l‑opportunità li nfakkru xi rikorrenzi importanti għall‑ħajja u l‑missjoni tal‑Knisja.

Matul ix-xahar ta’ Settembru tista’ taqra aktar dwar din il-ġurnata u dwar l-messaġġ ta’ Papa Franġisku, fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom naqra dwar xi esperjenzi reali ta’ familji minn komunità parrokjali Brażiljana li kienu jirċievu u issa bdew jagħtu. Artiklu ieħor ilaqqana mab-dehriet tal-Madonna, mhux daqstant magħrufa, li seħħew fil-Venezwela ftit tas-snin ilu li ċertu Maria Esperenza Medrano de Bianchini (1928-2004).

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

%d bloggers like this: