Veru li kif jgħid Ġesù: “Foqra dejjem għandkom magħkom”, kif juri dan ir-ritratt ta’ raġel rieqed f’kaxxa tal-kartun fil-kesħa ta’ belt Ewropea. Din il-kitba hi maħsuba fuq l-għanja THERE IS A WORLD, ta’ Estelle White.
ARA ĦABIB
Ara ħabib, madwarek għaddejjin
Fuq art li bnew, ħaddiema maħqurin,
Nies mnehdijin bil-għana u bil-ġid,
Mingħajr il-ħsieb,
kemm din it-triq swiet għaraq u taħbit.
‘Ma kemm se jdum, Ġesu’ mal-fqir għaddej,
Idejh ‘il fuq, jittallab, ‘ma għalxejn?
Mela ħabib, ħa naħdmu ħerqanin,
biex ma’ Ġesu’,
naraw madwarna tielgħa dinja aħjar.
Ara ħabib, ferħana li mgħammdin,
Ġemgħat ta’ nies, fi Knisja miġburin,
‘Ma hemm oħrajn, xewqana għal dinja aħjar,
Li għad ma rawx
lil Kristu jgħix fi-qlub ta’ nies twajbin.
‘Ma kemm se jdum, Ġesu’ mal-fqir għaddej,
Idejh ‘il fuq, jittallab, ‘ma għalxejn?
Mela ħabib, ħa naħdmu ħerqanin,
biex ma’ Ġesu’,
naraw madwarna tielgħa dinja aħjar.
Ara ħabib, ġo darek ta’ sikwit,
Il-mistednin, ma’ mwejjed u ikliet,
‘Ma tul it-triq, herm ħafna li bil-ġugħ,
Qed jittamaw
li jsibu għandek ħobża mqar għal-lum.
‘Ma kemm se jdum, Ġesu’ mal-fqir għaddej,
Idejh ‘il fuq, jittallab, ‘ma għalxejn?
Mela ħabib, ħa naħdmu ħerqanin,
biex ma’ Ġesu’,
naraw madwarna tielgħa dinja aħjar.
Minn Joe Galea