L‑Arċidjoċesi ta’ Malta waqqfet fond ta’ €30,000 biex tippromwovi inizjattivi ta’ ospitalità fil‑parroċċi u komunitajiet oħra. Il‑Knisja se tkun qed tuża l‑fond – imwaqqaf fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Migranti u r‑Refuġjati 2022 bit‑tema ‘Nibnu l‑Futur mal‑Migranti u r‑Refuġjati’ – biex tħeġġeġ inizjattivi ta’ kollaborazzjoni fi ħdan il‑komunità bejn iċ‑ċittadini u l‑migranti.
aktar