Malta Missjunarja

Print Friendly, PDF & Email

200,000 mara jħallu l-Etjopja ta’ kull sena biex jaħdmu bħala ħaddiema domestiċi f’pajjiżi bħal-Libanu u l-Arabja Sawdija. 92% minnhom ibatu minn sfidi ta’ saħħa mentali u fiżika severa minħabba l-esperjenza tal-migrazzjoni tagħhom. Għal ħafna nisa, l-għażla li jemigraw hija kaġun tal-faqar. Bi ftit jew xejn edukazzjoni l-opportunitajiet għax-xogħol fl-Etjopja huma skarsi.

Matul ix-xahar ta’ Ottubru tista’ taqra aktar dwar in-nisa u l-impjiegi fl-Etjopja, fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom naqra dwar iċ-Ċentru Kidist Mariam li qed jipprovdi lin-nisa fl-Etjopja bl-opportunità li jiġu edukati billi joffri korsijiet u taħriġ biex isibu xogħol, u spazju sikur fejn jieklu u jorqdu, u tama għal futur isbaħ. Artiklu ieħor ilaqqana maċ-Ċentru Deberety għat-Trobbija tal-Mogħoż, li ser jipprovdi lill-familji foqra Etjopjani ħalib tal-mogħoż, li fih in-nutrijenti essenzjali.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

%d bloggers like this: