Il-Papa Franġisku jibki l-vittmi tal-attakk fid-daycare centre, fit-Tajlandja

Print Friendly, PDF & Email

Aktar minn 30 persuna mietu, nklużi 23 tifel u tifla, f’attakk vjolenti f’ċentru ta’ daycare għat-tfal fil-Grigal ta’ Bangkok, fit-Tajlandja. Il-puluzija identifikat lill-persuna li wetqet dan id-delitt bħala ex-pulizija li daħal fid-daycare u ġera b’rabja kbira, u beda joqtol lil kull min isib quddiemu. Huwa wieħed mill-agħar massakru ta’ numru ta’ mwiet ta’ tfal minn qattiel wieħed.

B’reazzjoni, l-Papa Franġisku bagħat telegramma, iffirmata mill-Kardinal Segretarju tal-Istat Pietro Parolin, fejn esprima “n-niket profond” tiegħu u offra l-kondoljanzi mill-qalb lil dawk milquta mill-attakk.

“Imnikket ħafna meta sar naf bl-attakk orribbli li seħħ f’child-care centre f’Uthai Sawan, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku joffri l-kondoljanzi mill-qalb tiegħu u l-assigurazzjoni tal-qrubija spiritwali tiegħu lil dawk kollha milquta minn dan l-att ta’ vjolenza li ma jistax tesprimi kontra tfal innoċenti”.

Il-Papa Franġisku talab “għall-fejqan u konsolazzjoni divina” fuq dawk milquta mill-attakki. Hu talab biex “f’din is-siegħa ta’ dwejjaq immens,” il-familji midruba u mnikkta jistgħu isibu “appoġġ u saħħa mis-solidarjetà tal-ġirien tagħhom u taċ-ċittadini sħabhom”. Fl-aħħarnett, il-Papa nvoka l-“barkiet tal-paċi u l-perseveranza f’kull ġid”.       

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-10/pope-francis-mourns-thai-daycare-centre-attack.html

%d bloggers like this: