100 sena mit-twelid ta Patri Donat Spiteri OFMCap

Print Friendly, PDF & Email

Illum il-Ħamis 13 ta’ Ottubru 2022, jaħbat il-100 sena mit-twelid ta’ Patri Donat Spiteri OFMCap.

Patri Donat Spiteri twieled il-Marsa fit-13 ta’ Ottubru 1922. Ingħaqad mal-Ordni Franġiskana u laħaq Saċerdot Kapuċċin fit-13 ta’ Marzu 1948. 

Patri Donat intbagħat jistudja t-Teoloġija fl-Università Pontifiċja Gregorjana f’Ruma l-Italja, fejn kiseb il-Liċenzjat u Dottorat fit-Teoloġija. Studja l-Iskrittura Mqaddsa fil-Pontificio Istituto Bibblico u l-Liċenzjat fl-Iskrittura Mqaddsa.

Minbarra li kien Kappillan tal-Parrocca tat-Trinita’ Qaddisa, l-Marsa u Kappillan tal-parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes f’San Ġwann, kien għalliem u Professsur fl-Università ta’ Malta fid-Dipartment tal-Iskrittura u fil-Fakultà tat-Teoloġija, studjuż tal-Kotba Mqaddsa u Fundatur ta’ ‘Kliem il-Ħajja’. Peress li l-Kelma t’Alla kienet ħajtu ħa ħsieb li l-Kelma t’Alla jkollha d-dar tagħha, fejn waqqaf ‘Dar il-Bibbja’ fil-Furjana għall-Appostolat Bibliku u biex l-Għaqda Biblika Maltija jkollha is-Sede tagħha meta kien President tal-Għaqda.

Patri Donat Spiteri OFMCap miet fid-19 ta’ Diċembru 2011 fl-għomor ta’ 89 sena. Il-funeral sar fil-Parroċċa tat-Trinità Qaddisa, il-Marsa, u ndifen fiċ-ċimiterju tal-Addolorata fil-qabar tal-Patrijiet Kapuċċini.

Sors: Newsbook

Leave a Reply

%d bloggers like this: