Ħajja mogħtija għall-Ħajja …
Il-Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2022 fis-6 ta’ filgħaxija, fis-Sala Mons Gonzi tal-Istitut Kattoliku, Floriana.

Chiara tikteb: “Għall-biċċa l-kbira tat-tobba, Francesco hu biss fetu ta’ sitt xhur u għalhekk jien kelli nkun il-persuna li nkun salvata. Imma jien ma kelli l-ebda intenzjoni li npoġġi f’riskju l-ħajja ta’ Francesco minħabba statistika li ma kienet xejn ċara li biha riedu jipperswaduni biex inwelled qabel iż-żmien lil Francesco biex ikunu jistgħu joperawni.”
Chiara qattgħet l-aħħar jiem ta’ ħajjitha flimkien mar-raġel tagħha fid-dar li l-familja tagħha għandhom ħdejn il-baħar. Chiara mietet f’nofsinhar tat-13 ta’ Lulju 2022. Magħha kien hemm il-familja kollha u l-ħbieb tal-qalb. Qabel ma mietet kelmithom kollha u spiċċat bil-kelma ‘Inħobbkom’
