L-Uffiċċju tal-Viċi-Postulatur fil-Karmnu tal-Imdina, jistiednek tieħu sehem f’seminar li se jsir fil-Kunvent tal-Karmnu fl-Imdina dwar:
Il-Kristoloġija fil-Ħajja u l-Kitbiet ta’ P. Avertan Fenech, mis-Sur Warren J. Borg Ebejer, TOKS
- fl-10.00am L-Ewwel Sessjoni: Taħdita
- fl-10.45am Pawsa
- fil-11.00am It-Tieni Sessjoni: Taħdita
- fil-11.45am Analiżi ta’ siltiet magħżula
- fl-12.30pm Ikla ħafifa.*
*NB: Min se jieħu sehem fis-Seminar nitolbuh javżana minn qabel sat-28 ta’ Ottubru minħabba l-ikel.
Hawn taħt issibu l-poster u l-ittra bl-informazzjoni dwar attivitajiet oħra, kif ukoll il-faċċata tal-ktieb il-ġdid dwar il-Kristoloġija tal-Qaddej ta’ Alla P. Avertan Fenech, Karmelitan li għaddejja l-Kawża tal-Beatifikazzjoni tiegħu fil-Fażi Rumana.

