Wara l-Quddiesa fil-Bażilika ta’ San Pietru b’suffraġġju għall-erwieħ mejtin tal-Isqfijiet u l-Kardinali li mietu matul din is-sena, l-Papa Franġisku mar fiċ-ċimiterju Tewtoniku għal mument ta’ talb u tifkira tal-fidili mejtin.
Jistennew lill-Papa kien hemm is-Sorijiet qaddejja ta’ Kristu Saċerdot, li jieħdu ħsieb iċ-Ċimiterju, mas-Superjur tagħhom, ir-Rettur tal-Kulleġġ Pintifiċju Tewtono ta’ Santa Marija f’Camposanto, u l-Viċi Rettur.
Il-Papa waqaf fis-skiet għat-talb, wara bierek l-oqbra miżmuma, u immedjatament wara irritorna lura f’Casa Santa Marta.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-11/pope-francis-teutonic-camposanto-prayer-cemetery.html