Is-Sagrament tal-Ewkaristija
l-Kobor u l-għana bla qies ta’ dan is-Sagrament jidher mill-ħafna ismijiet li jingħatalu u li bihom nirreferu għalih. Kull wieħed minn dawn l-ismijiet ifakkarna u jġegħelna nirriflettu fuq id-diversi aspetti u tifsiriet ta’ dan is-Sagrament.Hekk das-Sagrament minbarra li jissejjaħ komunament Ewkaristija, jissejjaħ ukoll: il-Qsim tal-Ħobż; l-Ikla tal-Mulej; it-Tifkira tal-Passjoni u l-Qawmien ta’ Kristu; il-Ħaruf ta’ Alla; il-Misteru ta’ Alla; is-Sagrifiċċju Qaddis; Liturġija Qaddisa; Tqarbin u Quddies. Ikun xieraq li filwaqt li f’dis-sensiela nitkellmu dwar id-diversi Mirakli Ewkaristiċi li seħħew matul l-istorja tal-Kristjaneżmu,nitkellmu u nirriflettu flimkien dwar l-Ewwel u l-Akbar Miraklu Ewkaristiku li wettaq Ġesù Kristu nnifsu fil-Preżenza Reali Tiegħu stess u tal-Appostli tiegħu, l-ewwel Saċerdoti Kristjani, fl-Aħħar Ikla Tiegħu magħhom. Għaldaqstant,kemm tkun ħaġa tabilħaqq qaddisa u sabiħa li nirriflettu ftit dwar dawn id-diversi aspetti tal-Ewkaristija u t-tifsiriet tagħhom.
aktar